Illum għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta' dalgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet għadha kemm seħħet ħabta fi Triq Peter Paul Rubens kantuniera ma` Triq Birkirkara, Ħ’ Attard. Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Birkirkara marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Kymco u karozza tat-tip Jaguar.
Is-sewwieq tal-mutur li għandu 31 sena residenti l-Imġarr, ġarrab xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Il-persuna li kienet qiegħda ssuq il-karozza – ġuvni ta’ 24 sena residenti iż-Żurrieq, ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.