Sewwieq ta' mutur bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku

Iraqqin ta' 22 sena sofra ġrieħi gravi wara impatt ma' vettura fl-Imsida

Iraqqin ta' 22 sena sofra ġrieħi gravi wara li l-mutur li kien qed isuq, kien involut f'inċident tat-traffiku fejn kien hemm impatt ma' karozza.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-17:00, meta  l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku ġewwa x-Xatt tal-Imsida.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Iraqqin ta’ 22 sena, residenti San Ġiljan kien qed isuq mutur tat-tip Kawasaki Ninja meta għal xi raġuni kellu impatt ma’ vettura tat-tip Ford Fiesta, tilef l-kontroll u baqa’ dieħel ġo central strip.

Il-vettura kienet qed tiġi misjuqa minn mara ta’ 43 sena, residenti San Ġwann.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lix-xufier tal-mutur l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka