Ħabta tħalli sewwieq f'qagħda kritika

Raġel ta' 58 sena minn Birżebbuġa sofra ġrieħi gravi f'inċident f'Raħal Ġdid

Ħabta bejn żewġ vetturi f’Raħal Ġdid

Raġel ta' 58 sena residenti Birżebbuġa sofra ġrieħi ta' natura gravi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku fi Triq il-Palma, Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-19:30, u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota Auris, misjuqa minn raġel ta’ 38 residenti ż-Żurrieq u vettura tat-tip Land Rover Freelander, misjuqa minn raġel ta’ 58 sena, residenti Birżebbuġa.

Kawża tal-impatt, il-Land rover baqa’ dieħel ġo arblu tad-dawl. Is-sewwieq ta’ 58 sena ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Fuq il-post isejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jitneħħa kull periklu li seta’ kien hemm.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka