Sewwieq ta' mutur iweġġa gravi wara inċident f’Ħad-Dingli

Raġel ta' 42 sena mill-Pietà iweġġa gravi wara inċident bil-mutur f'Ħad Dingli

Sewwieq ta' mutur jittieħed l-isptar f'kundizzjoni gravi wara inċident tat-traffiku
Sewwieq ta' mutur jittieħed l-isptar f'kundizzjoni gravi wara inċident tat-traffiku

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-13:15, il-Pulizija mid-Distrett tar-Rabat ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Panoramika, Ħad-Dingli li kien jinvolvi sewwieq ta’ mutur.

Minn investigazzjonijiet preliminari illi għamlu l-Pulizija irriżulta li raġel ta’ 42 sena residenti l-Pietà li kien qiegħed isuq fid-direzzjoni ta’ Ħad-Dingli tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Yamaha u waqa’.

Is-sewwieq ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C Galea li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka