Ftit tal-jiem wara li l-każ ġie rrapportat fuq il-media lokali, il-ġurnal ingliż, 'Daily Mail Online', illum irrapporta dwar il-każ ambigwu ta' żewgt irġiel Ingliżi, li fi tmien xhur bejnietom, instabu mejta fl-appartament tal-istess mara Serba fil-Qawra.
L-artiklu fuq il-'Mail Online' huwa intitolat "Mara Serba ta' 45 sena arrestata f'Malta wara li żewġt irġiel anzjani Ingliżi jinstabu mejta fl-appartament tagħha"
Il-każ imur lura għall-ġimgħa li għaddiet meta l-Pulizija ta' Malta arrestaw lil Dragana Mihalykovic, ta' 45 sena wara li turist Inġliż, Neville Ayers, ta' 78 sena nstab mejjet viċin tal-appartament tagħha.
Ayers, li kien Malta għall-vaganza, jingħad li kien ilu jaf lil Mihalykovic għal dawn l-aħħar disa' snin u li wara li tilef it-titjira tiegħu lura lejn l-Ingilterra, huwa kien qatta l-lejl fl-appartament ta' Mihalykovic, fejn instab mejjet.
Li jagħmel il-każ ta' Mihalykovic wieħed stramb huwa li mhux aktar minn tmien xhur ilhu, fl-istess appartament, is-sieħeb ta' ħames snin tagħha, raġel Ingliż ieħor ta' 68 sena, David Grant, instab ukoll mejjet fi Frar li għadda.
Minn investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija ta' Malta, is-Serba, jidher li mhemm xejn juri l-involviment tagħha f'ebda waħda miż-żewgt imwiet li jidhru li minkejja f'ċirkostanzi kurjużi, kienu t-tnejn li huma kawżi naturali.
L-artiklu jgħid li meta ntervistaw lil xi ħadd Malti dwar x'ġara, dan qalilhom li "hija kienet mara Alla jberikha u tiġbed l-għajn ta' anzjani xurbana fil-bar fil-Qawra. Jidher li kienu jogħġbuha. Uħud minnhom tant kien jidhru dagħjfa li kont naħseb se ttihom xi attakk ta' qalb. Minjaf, forsi hekk xtaqu jitilqu..."