Filmat | Ajruplan jisplodi f'Ħal Luqa: 5 mejta
Il-passiġġiera kollha abbord l-ajruplan mietu
More in Kronaka
Il-passiġġiera kollha abbord l-ajruplan mietu
Ajruplan żgħir li jġorr madwar 10 persuni iġġarraf f'Ħal Luqa, preċiżament fiż-żona magħrufa bħala Karwija. Rapporti preliminari jindikaw li ħames persuni tilfu ħajjtihom sa issa. Il-każ deher li seħħ għall-ħabta tas-7:20 ta' dagħodu, ftit wara li l-ajruplan għamel it-take off. L-ajruplan ma ħalla l-ebda persuna abbord ħajja hekk kif il-ħames passiġġiera, li hu maħsub li huma Franċiżi, tilfu ħajjithom.
L-ajruplan żgħir jidher li huwa tat-tip Swearinger Merlin, u minkejja li kien maħsub li l-ajruplan kien qed jintuża għal operazzjoni tal-aġenzija għall-kontroll tal-fruntieri Frontex, l-aġenzija Ewropea qalet li l-ajruplan ma kienx mibgħut minnhom. Wara li rapporti qalu li l-passiġġiera huma uffiċjali militari li kienu għaddejjin b'missjoni tal-UE relatata ma' traffikar ta' bnedmin, il-viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Federica Mogherini, fi tweet qalet li din it-titjira ma kellha xejn x'taqsam mal-UE u ma kinetx mibgħuta minnha.
No #EU officials involved in plane crash in #Malta. The flight was not related to any of the EU activities
— Federica Mogherini (@FedericaMog) October 24, 2016
Tim mediku mill-Isptar Mater Dei mar mill-ewwel fuq il-post sabiex jassisti lill-persuni involuti.
Surreal this morning 😞 #malta #eu @SkyNews pic.twitter.com/o7YHOMmELl
— Nate Darmanin (@sleekn8) October 24, 2016
Biċċiet minnu spiċċaw fit-toroq tal-madwar, bil-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili għaddejjin b'ħidma biex iwaqqfu n-nirien.
Captured this moments after #Luqa plane crash;all shocked pre take off.sharing this via data @pinkdixie22 @rebeccagyeo @BBCBreaking #Malta pic.twitter.com/PxpErWH8yX
— Ed_De Gaetano (@eddydeg) October 24, 2016
Tħabbar ukoll li qed jiġi offrut servizz ta' sapport psikoloġiku fuq 25456900 u fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid.
Konsegwenza ta' dan l-inċident, it-toroq tal-madwar jinsabu magħluwa għat-traffiku u anke t-titjiriet skedati minn u lejn Malta ġew imħassrin, b'ħafna persuni jinsabu l-ajruport jistennew it-titjira tagħhom, waqt li titjiriet lejn Malta ġew devjati lejn ajruporti oħra.