Ħaddiem Sirjan jitlef ħajtu f'sit ta' kostruzzjoni

Sit ta' kostruzzjoni fil-Mosta jkun il-post ta' inċident fatali ieħor

Ħaddiem Sirjan tilef ħajtu meta kien għaddej b'xogħlijiet f'sit ta' kostruzzjoni fil-Mosta, u waqa' għoli ta' madwar erba' sulari ġo xaft.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-16:00, meta l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa Triq Rużar Briffa, l-Mosta.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel Sirjan kien waqa’ għoli ta’ madwar erba’ sulari għal ġo xaft, waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.

Tim mediku mill-Isptar Mater Dei issejjaħ fuq il-post, iżda sfortunatament il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Mosta għadhom għaddejjin.

More in Kronaka