FILMAT | Terremot ieħor dalgħodu fl-Italja

Terremot ieħor bis-saħħa ta' 6.6 fuq l-iskala, laqat iċ-ċentu tal-Italja aktar kmieni dalgħodu

Ħsara estensiva fi knejjes u bini storiku f'Norcia
Ħsara estensiva fi knejjes u bini storiku f'Norcia

Ftit tal-ħin ilu terremot qawwi ieħor reġa laqat iċ-ċentru tal-Italja, li wassal għall-waqa' ta' aktar bini storiku u knejjes, fi bliet u rħula li diġa kienu nlaqtu mit-terremot li seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa.

 

Dan l-aħħar terremot kien stmat li kellu saħħa ta' 7.1 fuq l-iskala richter, li aktar tard ġie kkomfermat li kien infatti ta' 6.6. Din kienet l-ikbar skossa li seħħer fl-Italja minn wara dawk li laqtu l-pajjiż fl-24 t'Awwissu, fejn 300 persuna tilfu ħajjitom u numru kbir ta' bini sotriku u djar ġew imġarrfa b'mod estensiv.

Filwaqt li s'issa ma kienx hemm rapporti ta' ebda vittmi minn din l-iskossa, il-ħsara fuq il-bini kienet waħda estensiva.

Ħsara estensiva fi knejjes u bini storiku f'Norcia
Ħsara estensiva fi knejjes u bini storiku f'Norcia

Stazzjonijiet tat-televiżjoni Taljani urew il-waqa' ta' knisja fiċ-ċentru ta' Norcia, belt viċin ta' Peruġja. Bini ieħor imġarraf f'Norcia jinkludi l-Bażilika ta' San Benedettu, fost bini importanti u storiku ieħor.

Dan l-aħħar terremot kien l-aktar wieħed reċenti minn serje ta' skossi u terremoti li laqtu l-Italja fil-jiem li għaddew.

More in Kronaka