Tfajla ta' 21 sena ssofri ġrieħi gravi f'inċident tat-traffiku

It-tfajla kienet passiġġiera meta l-karozza daħlet f'ħajt

Tfajla ta' 21 sena minn Ħ'Attard sofriet ġrieħi grave meta l-karozza li kienet passiġġiera fiha, spiċċat maħbuta f'ħajt.

L-inċident seħħ tard il-bieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-22:30, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Sant’ Andrija, San Ġiljan.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan marru minnufih fuq il-post fejn irriżulta li vettura tat-tip Volkswagen Golf kella impatt ma' ħajt. Il-vettura kienet misjuqa minn ġuvni ta’ 21 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Tfajla ta’ 21 sena residenti Ħ’Attard li kienet passiġġiera fil-vettura ittieħdet l-isptar Mater Dei għal kura u iktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka