FILMAT | 'Poachers' jisparaw fuq ajkla fl-inħawi tal-buskett

Volontiera mill-CABS jiġbdu filmat ta' poachers jisparaw fuq ajkla protetta lbieraħ wara nofsinhar

Għall-ħabta tal-05:20 tal-bieraħ wara nofsinhar fl-inħawi tal-buskett, volontiera mill-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar (CABS) osservaw u ġibdu filmat ta' xi kaċċaturi jisparaw sa' seba' tiri fuq għasfur protett, ajkla tat-tip 'Short-toed Eagle'. Fortunatament mill-filmat jidher li l-ajkla ħelset mill-mewt u taret il-bogħod mill-poachers li mingħajr rispett la għall-ħajja ta' għasfur u lanqas għall-liġi ta' Malta sparaw fuq it-tajra protetta.

 

Il-volontiera ċemplu immedjatament lill-Pulizija iżda jinhad li dawn ma kienux f'pożizzjoni li jagħmlu tfittxija fiż-żona minn fejn ġew it-tiri. Il-volontiera tal-CABS saħqu li "ġejna infurmati li l-Pulizija ma' kellhomx aktar riżorsi disponibbli minħabba li kienu ndaffarati jieħdu ħsieb rapporti oħrajn ta' ajkli li kienu qed jinqatlu f'partijiet oħra ta' Malta"

Skont l-Uffiċjal tal-CABS Fiona Burrows, "aktar minn 20 'Short-toed Eagles' u xi 'Booted Eagles', it-tnejn speċi ta' ajkli protetti, waslu Malta fil-jiem li għaddew. Minn rapporti loi rċievit il-CABS kemm dawn l-ajkli, kif ukoll numru ta' 'raptors', tip ta' għasfur protett ieħor kienu fil-mira ta' poachers fl-inħawi ta' Fomm ir-riħ u Ġebel Ciantar.

More in Kronaka