Terremot qawwi ieħor, imkejjel b'saħħa ta' 5 fuq l-iskala richter reġa' laqat iċ-ċentru tal-Italja aktar kmieni dalgħodu, ftit bogħod mill-belt ta' Perugia. Ikkomparat mat-terremoti li laqtu l-Italja fil-ġimgħatl i għaddew, wieħed ta' skala 5, issa jiġi kkundirat bħala wieħed moderat, li minkejja mhux gravi daqs ta' qablu, iżda xorta kapaċi jwaqqa' bini u jagħmel ammont ta' ħsara.
Jinhad li t-theżżiża nħasssrt fis-siegħat bikrin ta'' filgħodu. L-Uffiċju sismologu klassifika din l-iskossa bħala waħda li seħħet biss 10km l-isfel mill-wiċċ tal-art u biċ-ċentru tagħha jkun 51.5km f'direzzjoni tax-xlokk ta' Perugia.
It-Terremot tal-Ħadd li għadda, li tkejjel għal magnitudni ta' 6.6, kien l-ikbar wieħed li laqat lill-pajjiż f'dawn l-aħħar 36 sena. Esperti sismoloġi Taljani li tkellmu fuq programmi tat-televisjon Taljani saħqu li skont l-istudji tagħhom l-Italja għandha tistenna ħafna aktar terremoti simili fil-futur qarib.
L-iskossa ta' dalgħodu fortunatament ma' ħallietx vittmi u lanqas ħsarat estensivi f'bini storiku u importanti, bħal ma ħallew it-terremoti ta' Awwissu u tal-Ħadd li għadda.