Sawtuhom imma ħafrulhom

Uħud mill-100 każ ta' vjolenza fuq anzjani quddiem il-Qorti din is-sena waqgħu hekk kif il-vittmi ħafru lill-agressur

102 każ ta' vjolenza fuq persuni anzjani
102 każ ta' vjolenza fuq persuni anzjani

Uħud mill-każi ta' vjolenza fuq anzjani li matul din is-sena spiċċaw quddiem il-Qorti,  waqgħu hekk kif l-anzjani ħafru lill-agressuri tagħhom . B'kollox, din is-sena, kien hemm 102 każ ta' persuni anzjani li ġew attakkati , li minnhom  79 huma rġiel u 23 huma nisa. Minn dan it-total kienu biss tmienja minn nies illi kienu barranin. 

Skont informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela uħud minn dawn il-każijiet għadhom qegħdin il-Qorti, oħrajn waqgħu minħabba kwistjoni ta' maħfra, f'każi oħrajn l-aggressuri ingħataw ordni ta' probation u f'każi oħrajn ġew liberati.  

Din l-informazzjoni ngħatat wara l-mistoqsija tad-Deputat Laburista Luciano Busuttil. 

More in Kronaka