Passiġġier fuq mutur iweġġa gravi

Tifel ta’ 13-il sena, passiġġier fuq mutur iweġġa gravi f’inċident tat-traffiku

Għall-ħabta ta’ 11:45, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta, ir-Rabat, Malta fejn fih raġel ta’ 50 sena minn Ħal-Qormi tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu u waqa’. Flimkien miegħu bħala passiġġier kien hemm tifel ta’ 13-il sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Investigazzjonijiet mill-Għassa tar-Rabat għadhom għaddejjin.

More in Kronaka