Saqaf jisfronda b’raġel u jħallih midrub gravi

Raġel ta’ 63 sena jittieħed l-isptar imweġġa gravi wara li sfronda saqaf bih

Raġel ta’ 63 mir-Rabat weġġa gravi fir-razzett tiegħu fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, ir-Rabat, Malta, hekk kif għal xi raġuni sfronda bih saqaf u waqa’ għal-isfel.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11:45. Minnufih ġew imsejjħal-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku sabiex jassistu lill-vittma.

Ir-raġel ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka