Raġel ta’ 55 sena mir-Rabat, ittajjar minn karozza fid-drive-in tiegħu stess fi Triq Ħad-Dingli, ir-Rabat. Il-Karozza li tajritu kienet misjuqa minn raġel ta’ 70 sena residenti r-Rabat ukoll.
Il-Pulizija ġew infurmati bl-inċident għall-ħabta tal-11:15 li raġel midrub instab f’drive-in fi Triq Ħad-Dingli.
Il-Pulizija mid-Distrett tar-Rabat marru minnufih fuq il-post, flimkien ma’ Ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 55 sena l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.