Sewwieq ta’ mutur ta' 36 sena tilef ħajtu f’inċident traġiku li seħħ għal ħabta tas-18:00 filgħaxija, fi Triq Ħal-Far, Ħal-Far.
Il-mutur Honda, li s-sewwieq tiegħu tilef ħajtu mal-impatt, ħabat ma’ karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti Ħal Luqa.
Is-sewwieq tal-karozza ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura waqt li l-katavru tas-sewwieq tal-mutur baqa’ fuq il-post għal xi żmien sakemm il-Pulizija kkonfermat l-identità tiegħu
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Scerri Herrera li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
It-triq fid-direzzjoni lejn Ħal Far tinsab magħluqa għat-traffiku sakemm il-Pulizija jagħmlu l-istħarriġ tagħhom.