Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-22:30 fi Triq il-Baltiku, San Ġiljan, raġel ta’ 78 sena residenti l-Belt Valletta, intlaqat minn mutur tat-tip Yamaha Crypton li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 29 sena li joqgħod iż-Żurrieq.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari flimkien ma’ ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 78 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li s-sewwieq tal-mutur ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.