Karozza ttajjar żagħżugħ u taħrab minn fuq il-post

Żagħżugħ ta’ 23 sena weġġa gravi wara li ttajjar minn karozza li ħarbet minn fuq il-post tal-inċident

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-ħamsa 05:30, il-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq Tal-Balal, San Ġwann kien hemm persuna mitluqa mal-art.

Minn iktar investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija fuq il-post, irriżulta li ż-żagħżugħ, x’aktarx safa’ milqut minn vettura li allegatament telqet minn fuq il-post. 

Minn stħarriġ li sar irriżulta li v-vittma huwa żagħżugħ ta’ 23 sena residenti Ħal Lija.  Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tatd ġie ċċertifkat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Ftit ħin wara, il-Pulizija ġiet infurmata li ftit ‘il bogħod ċioe` fi Triq Birkirkara, San Ġiljan, kien għadu kemm seħħ inċident ieħor fejn vettura tat-tip Toyota kienet ħabtet ma’ xi vetturi li kienu pparkjati u nqalbet.  Is-sewwieqa li għandha 33 sena residenti San Ġiljan ma sofriet l-ebda ġrieħi.

 

L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx konnessjoni bejn iż-żewġ każijiet. 

More in Kronaka