Inċident ieħor b’mutur...

Sewwieq ieħor ta’ mutur iweġġa gravi wara li jitlef il-kontroll tal-mutur tiegħu

Għall-ħabta tad-09:30 ta’ dalgħodu,il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq li fih raġel Russu ta’ 31 sena tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’, bil-konsegwenza li sofra xi ġrieħi.

Jidher li l-mutur tat-tip Honda kien qed jinstaq fid-direzzjoni lejn Buġibba meta seħħ l-inċident.  Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka