Jippersistu l-inċidenti bil-muturi

Fl-aktar inċident reċenti bil-muturi, passiġġiera fuq scooter tindarab gravi fl-Imsida

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Għall-ħabta ta’ nofsinhar, madwar ir-Roundabout tal-'Iskate Park', fl-Imsida, kien hemm inċident ieħor tat-traffiku li jinvolvi mutur. Din id-darba, scooter tat-tip Peugeot Tweet intlaqat minn Range Rover Evoque. Il-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 35 sena residenti San Pawl il-Baħar u miegħu kellhu tfajla ta’ 30 sena mill-Gżira riekba bħala passiġġiera.

Il-Pulizija ġiet imsejjħa fuq il-post, flimkien ma’ team mediku li assista liż-żewġ persuni qabel ma ttieħdu l-isptar Mater Dei. Aktar tard il-mara ta’ 30 sena ġiet ċertifikata li sofriet ġrieħi gravi filwaqt li x-xufier tal-mutur sofra ġrieħi ħfief. Ir-Range Rover kienet misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti s-Swieqi li ma sofriet l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka