Seba’ persuni jitilfu ħajjithom wara li nqaleb tramm f’Londra.

Tramm li mid-dehra kien qed jiġri żżejjed inqaleb, f’inċident ikrah li ħalla tal-inqas 7 minn nies mejtin

Tram jinqaleb f'Londra u jħalli 7 minn nies mejta u madwar 50 midruba
Tram jinqaleb f'Londra u jħalli 7 minn nies mejta u madwar 50 midruba

Tal-inqas seba’ minn nies mietu u madwar ħamsin oħra ndarrbu hekk kif ilbieraħ inqaleb tramm fin-naħa t’isfel ta’ Londra

Minn investigazzjoni li saret s’issa jidher li t-tramm kien għaddej b’veloċità għolja wisq f’dawra, bir-riżultat li dan ħareġ minn fuq il-binarji u nqaleb.

Is-sewwieq ta’ 42 sena, raġel minn Beckenham qed jinżamm mill-Pulizija fuq akkużi li l-persunu tilfuq ħajjithom f’inċident ikkawżat minn negliġenza tiegħu.

L-inċident seħħ viċin ta’ Sadilands, f’dawra qabel mat-tramm suppost kellhu jieqaf fi stazzjoni f’Wimbledon. F’din il-liwja partikolari, li hija wkoll magħmula minn binarji antiki, hemm limitu ta’ veloċità ta’ 20km fis-siegħa, li fil-mument li t-tramm inqaleb kien maqbuż sew.

Minbarra l-vittmi li tilfu ħajjithom, 51 persuna oħra ttieħdu l-isptar, uħud imweġġajn gravi. Tmien trakkijiet tat-tifi tan-nar, b’70 pumpier magħhom, flimkien ma’ ħames unitajiet tas-salvataġġ ħadmu għal ħin twil sabiex joħorġu l-vittmi minn qalb it-tifrik tat-tramm maqlub.

More in Kronaka