Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-05:30, seħħ inċident fejn fih raġel ta’ 53 sena, minn Naxxar kien jinsab f’garaxx fuq il-post tax-xogħol tiegħu fi Triq il-Birrerija, l-Imrieħel,
Jidher li r-raġel kien qed jipprova jistartja vann li dak il-ħin kien wieqaf, u kif il-vann startja, peress li dan kien ingranat, ħa skoss il-quddiem bil-konsegwenza li r-raġel inqabad bejnu u bejn il-ħajt tal-garaxx.
Ir-raġel ittieħed l-isptar ftit tal-ħin wara li seħħ l-inċident minn membru tal-familja tiegħu, fejn wara li ġie eżaminat ġie ċċertifiakat li qed isofri minn ġrieħi gravi tant li jinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.