'Ta' daqqa ta' sikkina lilu nnifsu u qabbad id-dar ta' Mintoff'

Ir-Rumen Gheorghe Popa jittella l-Qorti bil-papoċċ tas-sodda u jiġi akkużat illi attakka lil Yana Mintoff u lil binha b'sikkina 

Ir-Rumen Popa jittella l-Qorti akkużat li attakka lil Mintoff u binha b'sikkina, fost akkużi oħrajn
Ir-Rumen Popa jittella l-Qorti akkużat li attakka lil Mintoff u binha b'sikkina, fost akkużi oħrajn

Fil-Qorti dalgħodu u skont inkjesta maġisterjali ppreżentata fil-Qorti, r-Rumen Gheorghe Popa ta' 39 sena ħassu irrabjat li Mintoff riedet twaqqaf ir-relazzjoni miegħu u dan minħabba li  ssuspetta li hi kienet qed tkun żleali fir-relazzjoni ta' bejniethom. Bħala riżultat ta' dan iż-żewġ persuni ġew, attakkati b'sikkina. Sussegwentent huwa ta' daqqa ta' sikkina lilu nnifsu u qabbad id-dar, hekk kif ħass li wara l-attakk fuq Yana u binha ma kien għad fadallu xejn aktar f'ħajtu.

Popa ttella l-Qorti bil-papoċċ tas-sodda u ħwejjeġ ta' ġewwa hekk kif hu kien qiegħed taħt il-kustodja tal-pulizija fl-Isptar mill-ġurnata li fih kien sar l-attakk.  

Mintoff Bland sofriet ġrieħi fuq sidirha u l-polz waqt l-argument ma' Popa, filwaqt li iben Mintoff  huwa mifhum li ntlaqat darbtejn b'sikkina fuq koxxtu meta kien qed jipprova jipprtoteġi lil ommu.

Popa qed ikun akkuzat illi żamm lil Mintoff kontra r-rieda tagħha, b'attentat ta' attakk gravi, li weġġa lilha u lil binha b'oġġett jaqta', li kien qed iġorr sikkina fil-pubbliku, li attakka lil Mintoff u binha u li heddidhom verbalment. Popa kien akkużat ukoll illi kkawża biża f'Mintoff, uża vjolenza kontriha u kontra ommha u li qabbad il-proprjeta' ta' Mintoff.  

Popa deher quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella. L-avukat ta' Popa huwa Benjamin Valenzia filwaqt li għal Mintoff u binha, deher l-avukat Joe Giglio

More in Kronaka