Fi stqarrija li għamel Kevin Bonello, il-President tal-Union tal-Għalliema, ma' tvm.com.mt, huwa qal li fil-każ tal-allegat stupru ta' tifla ta' 14-il sena fl-iskola tal-Ħamrun, il-Union qegħda tispera li dan mhux każ ta' 'frame-up' fuq l-għalliem.
Minbarra l-isperanza li l-każ mhux 'frame-up', Bonello qal li jirriżultalhom li wieħed mill-agressuri huwa dak it-tifel mill-Ħamrun li din is-sena inqabad aktar minn darba jsuq mingħajr liċenzja.
l-MUT tisħaq ukoll li l-vittma hija studenta li ta' spiss tfalli l-iskola u li l-għalliem akkużat fil-każ lanqas biss huwa uffiċjalment għalliem tat-tifla, iżda jgħallima biss minflok student għalliem. Minn riċerka sempliċi jidher ċar li Bonello qed jirreferi għat-tifel li nqabad xejn inqas minn tliet darbiet isuq il-BMW t'ommu mingħajr liċenzja.
It-tifla allegat li nhar it-Tlieta li għadda hija ġiet abbużata minn grupp ta' studenti oħra fl-iskola tal-Ħamrun, u dan kollhu bl-għarfien u l-'barka' tal-għalliem, li l-Union qegħda tittama li mhux vittma ta' akkużi infonadati kontrih minn naħa tal-istudenti.
L-MUT żieded tgħid li l-iskola tal-Ħamrun ilha snin bi problemi, li żdiedu aktar minn mindu bdiet topera bħala co-ed.
Dwar dan il-każ, li dwaru għad hemm wisq verżjonijiet kontrastanti biex joħorġu konklużjonijiet, infetħet inkjesta Maġistrali.