Raġel li kien armat, imma ma kienx mgħammad, daħal f'ħanut f'Birkirkara u talab il-flus lill-kaxxiera, li hi tfajla ta' 20 sena, u ħarab minn fuq il-post bi flus kontanti.
Il-każ seħħ iktar kmieni llum għall-ħabta tal-4:15, meta l-Pulizija ġew infurmati li kienet għadha kemm seħħet serqa minn ħanut li jinsab fi Triq Fleur-de- Lys, Birkirkara.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li raġel daħal ġewwa l-ħanut u talab il-flus lill-mara – impjegata ta’ 20 sena residenti Birkirkara. Ir-raġel ma kienx mgħammad iżda allegatament kien armat b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post b’xi flus kontanti. It-tfajla ma sofriet l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.