Raġel iweġġa gravi wara waqa’ ġo xaft ta’ lift

Anzjan minn Tas-Sliema weġġa’ gravi wara li waqa' mill-għoli għal ġo xaft

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Raġel ta’ 86 sena minn Tas-Sliema waqa’ minn għoli ta’ ‘l fuq minn sular f’residenza li fiha qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Kulleġġ l-Antik, Tas-Sliema. Jidher li mal-waqgħa, l-vittma ġie ġo xaft ta’ lift u weġġa' serjament.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8:45 ta’ dalgħodu. Il-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan marru mmedjatament fuq il-post flimkien ma’ team mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Kronaka