13-il siegħa bla waqfien...
Xita bla waqfien minn kmieni filgħodu waslet għal toroq mgħarrqa u traffiku...u l-jumejn li ġejjin se jkunu l-istess
More in Kronaka
Xita bla waqfien minn kmieni filgħodu waslet għal toroq mgħarrqa u traffiku...u l-jumejn li ġejjin se jkunu l-istess
Aħbar ħażina biex iżżid mal-frustrazzjoni ta' dawk kollha li qattgħu siegħat imwaħħla fit-traffiku llum.
Skont ir-rapport tat-temp maħruġ mill-Uffiċju meteoroloġiku tal-ajruport ta' Malta, it-temp għall-jumejn li ġejjin se jkun ikraħ u mxarrab daqs tal-llum, b'xita u ragħad f'diversi nħawi tal-ġżira... li wara llum ħafna minnha diġà qisha Venezia.
Almenu t-temperatura se togħla ftit, hekk kif flok id-19-il grad li kellna dalgħodu, fil-weekend it-temperatura se titla' ftit għal 21 grad is-Sibt u 22 il-Ħadd. Għax xita m'hemmx x'tagħmel għax "fl-istess ilma se nibqgħu" !
Illum it-traffiku fit-toroq Maltin laħaq livell ta' rekord hekk kif ma kienx hemm lokalità waħda tul il-ġurnata kollha fejn fiha ma kienx hemm traffiku mwaħħal. Għal kull min qatta siegħat twal ta' frustrazzjoni mwaħħal fit-traffiku llum, din mhux aħbar... hekk kif illum bosta nies qasmu l-frustrazzjoni tagħhom mall-bqija tal-poplu fuq il-midja soċjali permezz ta' ritratti u kummenti dwar toroq mgħarrqa u miżgħuda bit-traffiku.
Lestu ruħkom għall-weekend ieħor ta' xita. Almenu bit-tfal mhux l-iskola u ħafna nies ma jaħdmux, forsi t-traffiku jkun inqas gravi. Minkejja dan, idealment jiġi evitat ġiri u sewqan barra bla bżonn sabiex jiġu evitati perikli ta' inċidenti u traffiku.
Gawdu x-xitwa... tgeddsu taħt kutra u ħudu xarba sħuna waqt li tgawdu xi film fuq it-televiżjoni.