Żewġt irġiel feruti waqt argument

Serb ta’ 43 sena weġġa gravi waqt argument f’Buġibba kmieni dalgħodu; raġel ieħor iweġġa ħafif

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-5:15, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa stabbiliment fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba.

Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni kien qam argument bejn numru ta’ persuni u tnejn minnhom sfaw feruti.

Jidher li wieħed minn dawn iż-żewġ persuni, li huwa raġel Serb ta’ 43 sena, qala’ daqqa t’oġġett iebes mingħand persuna mhux magħrufa u sofra xi ġrieħi.  Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.  Filwaqt li l-persuna l-oħra, raġel ta’ 28 sena mill-Maċedonja, li wkoll kien involut fl-argument qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka