Kollox tort ta' xadina...

Tal-inqas 20 persuna mietu waqt ġlied fil-Libja li bdew minħabba xadina

Wara li xadina attakkat tifla, ġlied bejn żewġ klikek fil-Libja ħalla tal-inqas 20 persuna mejta
Wara li xadina attakkat tifla, ġlied bejn żewġ klikek fil-Libja ħalla tal-inqas 20 persuna mejta

Ġlied vjolenti bejn żewġ klikek rivali fil-Libja ħallew tal-inqas 20 persuna mejta wara inċident li nħoloq minħabba xadina.

Jidher li kollox beda meta fil-belt ta' Sabha, fil-Libja, xadina domestika ta' raġel attakkat tifla tal-iskola, fejn din neħħitielha l-iscarf li kienet liebsa ma' rasha u kkawżatilha ġrieħi ħfief f'wiċċa. Dan l-inċident ikkawża l-qilla tal-familja li riedet tpattiha lil sid ix-xadina. Fl-ewwel ġlied hekk kif inqala l-argument, tliet irġiel, flimkien max-xadina stess, tilfu ħajjithom.

Iżda l-ġlied bejn il-klikek ta' Awlad Suleiman u Guedadfa baqa' għaddej għal ġranet sħaħ u s'issa bejn iż-żewġ klikek, hemm irrappurtat li diġà mietu tal-inqas 20 persuna.

Min naqra argument fuq xadina, il-ġlied skala tant li ntużaw anke armi, li ħallew 'l fuq minn persuna oħra midruba.

More in Kronaka