Żewġ kilogrammi kokaina mwaqqfa milli jidħlu Malta

Brażilja u mara mill-Venezuela arrestati

Ritratt: Arkivji
Ritratt: Arkivji

Ħidma oħra mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga twassal biex jitwaqqaf il-vjaġġ ta' żewġ kilogrammi kokaina li kienu deħlin f'pajjiżna.

Fil-fatt, tard ilbieraħ filgħaxija, membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestaw żewġ persuni, li fil-pussess tagħhom instabu madwar żewġ kilogrammi ta’ sustanza suspettata kokaina.

Il-persuni li ġew arrestati huma, raġel Brażiljan ta’ 31 sena li ġie arrestat mal-wasla tiegħu ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u mara mill-Venezuela ta’ 38 sena li ġiet arrestat f’lukanda ġewwa San Pawl il-Baħar.

Iż-żewġ persuni mistennija jitressqu l-Qorti għada, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka