Raġel ferut gravi fil-Marsa

Raġel miċ-Chad indarab gravi wara argument fil-Marsa

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta ta’ 23:50, il-Pulizija mill-Għassa tal-Belt, ġiet infurmata li kien hemm argument bejn numru ta’ nies ġewwa Triq Xatt il-Mollijiet, il-Marsa.

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabet li waqt l-argument, raġel ta’ 29 sena miċ-Chad kien safa ferut.

Il-vittma ttieħed ġewwa l-isptar Mater Dei, fejn ġie iċċertifikat li qed isofri minn feriti ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka