Raġel iweġġa' gravi waqt li kien qed jaħrat il-ġardina

Raġel ta’ 54 sena minn Birżebbuġa weġġa' gravi f’inċident fil-ġardina tiegħu  

Għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu, seħħ inċident fi Triq San Mikiel, Birżebbuġa, fejn raġel ta’ 54 sena, minn Birżebbuġa stess sofra xi ġrieħi waqt li kien qiegħed jaħrat il-ġardina tiegħu.

Il-Pulizija tad-distrett marru minnufih fuq il-post flimkien ma ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li kien qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka