Ajruplan li fuqhu kien hemm aktar minn 80 persuna, inkluż il-membri tat-tim tal-futbol Brażiljan ta' Chapecoense, kraxxja aktar kmieni llum fi triqtu lejn il-belt ta' Medellin fil-Kolombja f'dak li s'issa qed jiġi rrapportat bħala inċident ikkwżat minn ħsarat elettriċi fl-ajruplan.
L-awtoritajiet lokali kkomfermaw li ħamsa biss minn dawk abbord tal-ajruplan salvaw, filwaqt li l-passiġġieri l-oħra kollha tilfu ħajjithom.
Ġie ukoll ikkomfermat li wieħed minn dawk li salvaw huwa d-difensur tat-tim, Alan Ruschel. Rapporti oħra jissuġġerixxu li tal-inqas żewġ plejers oħra salvaw, il-goaler Jackson Follman u Danilo, flimkien mal-fiżjoterapista Rafael Gobbato
L-ajruplan, telaq mill-Bolivja, u kellhu fuqu l-membri tat-team tal-futbol ta' Chapecoense, flimkien ma' xi passiġġieri oħra. It-team kien fi triqtu għall-logħba tal-Finali tal-'Copa Sudamericana' kontra l-'Atletico Nacional'
Il-Konfederazzjoni tal-Futbol tal-Amerika t'Isfel (Conmebol) stqarru li b'riżultat ta' dan l-inċident ġew sospiżi l-attivitajiet kollha bħalissa.