Daħal il-ħabs u l-marki tas-swaba' komplew għaxxquh għall-frisk...

Jinstab ħati ta' serqa... jidħol il-ħabs, jeħdulu l-marki tas-swaba' u jinkixef dwar serqa oħra...

Daħal il-ħabs u nkixef...
Daħal il-ħabs u nkixef...

Marki tas-swaba' li ttieħdu lura fl-2013  u li ma wasslu għall-ebda riżultat, reġa nstab użu tajjeb għalihom.Dan hekk kif raġel mill-Użbekistan, Zaynitdin Abdusalamov, li wettaq serqa iktar riċenti f'Għawdex jista' jkun li huwa l-istess persuna li wettqet is-serqa lura f'Marzu tal-2013. Fil-fatt malli l-marki tas-swaba' ta'  Abdusalamov qablu ma' dawk li diġa kellhom il-pulizija, dan spiċċa akkużat b'serqa oħra minn appartament f'San Ġiljan lura fl-2013. 

Huwa, allegatament, seraq eluf ta' ewro f'ġojjellerija u apparat elettroniku. Is-serqa kienet seħħet f'Marzu 2013 u l-marki tas-swaba' li instabu nżammu fil-file tal-Pulizija, hekk kif ma kienu jaqblu mal-ebda marka tas-swaba' oħrajn li dawn kellhom.   

F'Għawdex, ir-raġel kien instab ħati ta' serqa u ngħata sentenza ta' 15-il xahar priġunerija. Sussegwentement hu spiċċa l-ħabs, fejn ittieħdu l-marki tas-swaba' u nstab li l-marki tas-swaba' mis-serqa tal-2013 kienu tiegħu.  

L-Avukat Joe Ellis li deher għall-akkużat bħala avukat tal-għajnuna legali. Abdusalamov ma ngħatax ħelsien mill-arrest. 

More in Kronaka