Ħati: Serqilha l-basket, ħallieha għal mejta...u mar jixtri l-kokaina

Il-Qorti ssib lil raġel vvizzjat bid-droga ħati u tagħtih sentenza ta' 12-il sena ħabs

(arkivji)
(arkivji)

Il-Qorti tat sentenza ta' 12-il sena priġunerija lil persuna bil-vizzju tad-droga, wara li sitt snin ilu kien parti minn grupp li wettqu serqiet, li f'każ minnhom irriżulta f'mewt ta' mara anzjana. 

F'każ minnhom, Richard Attard ta' 35 sena nstab ħati illi qabeż fuq l-anzjana ta' 80 sena, Rosina Garrone, biex jisirqilha l-basket. Garrone kienet irreżistiet sakemm kienet imbuttatta, waqgħet fuq il-bankina, ħabtet rasha u tħalliet fuq il-post tiżvina u mitlufa minn sensiha. Sitt ijiem wara, hija mietet kaġun tal-istess ġrieħi li ġarrbet.

Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Edwina Grima semgħet kif il-grupp kellu l-intenzjoni li wara li jkollu ċ-ċwievet ta' Garrone, jidħol f'darha u jisraqha. Minkejja dan, Attard daħal f'karozza tat-tip Fiat li kienet qed tistenniehom, marru lejn il-Kottonera u minn hemm xtraw il-kokaina. 

Daqs li kieku l-attakk fuq Garrone ma kienx biżżejjed, il-grupp mar lura fTas Sliema taħt l-effett tal-kokaina biex ikomplu bil-pjan tagħhom. Din id-darba l-vittma kienet Maria Cassar ta' 88 sena. Cassar sofriet minn ġrieħi fi spallejha.  

Apparti t-12-il sena, Attard ingħata multa ta €1,000 li jekk ma jħallsx jiżdiedu bħala perjodu fil-ħabs. 

 

 

More in Kronaka