Tliet nisa, politikanta u żewġ ġurnalisti inqatlu b'tiri t'arma tan-nar il-lejl li għadda fil-Finlandja, hekk kif raġel ta' 23 sena spara fuqhom barra minn ristorant fir-raħal ta' Imatra.
Raġel ta' 23 sena, li kien diġà magħruf mal-Pulizija, ġie arrestat fuq il-post wara l-isparatura li ħalliet il-vittmi mejta fuq il-post. Ir-raġuni li waslet għall-attakk għada mhux magħrufa.
"S'issa jidher li l-vittmi ġew magħżula b'kumbinazzjoni, mingħajr ebda konnessjoni bejniethom jew mal-qattiel," intqal f'konferenza tal-aħbarijiet fil-lokal.
Waħda mill-vittmi ġiet identitikata bħala Tiina Wilén-Jäppinen, chairwoman tal-Kunsill ta' Imatra, li flimkien maż-żewġ nisa l-oħra, qalgħu aktar minn tir wieħed f'rashom u f'sidirhom, qabel l-intervent tal-Pulizija, li waqqfu u arrestaw lill-qattiel milli jibqa' jispara fuq vittmi oħra.