Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tat-03:15 ta’ filgħodu, fil-bypass tal-Marsa, vann tal-għamla Isuzu ELF ħabat ma’ siġra u waqaf fuq il-karreġjata opposta. Il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 32 sena, residenti Ħal Balzan.
Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post, flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili, li assistew sabiex ir-raġel jinħareġ mill-vettura u jneħħu kull periklu mit-triq.
Ix-xufier ittieħed l-isptar Mater Dei għall-assistenza medika permezz ta’ ambulanza, fejn wara xi ħin, ġie stabbilit li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.