Tkabbir 'impressjonanti' ta’ 22.4% fil-movimenti tal-passiġġieri f’Novembru
L-ajruport Internazzjonali ta' Malta irreġistra aktar minn 347,000 moviment tal-passiġġieri f’Novembru
More in Kronaka
L-ajruport Internazzjonali ta' Malta irreġistra aktar minn 347,000 moviment tal-passiġġieri f’Novembru
L-istaġun tax-xitwa fetaħ fuq nota eċċellenti fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, hekk kif Novembru rreġstra tkabbir impressjonanti ta’ 22.4% fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet.
Infatti l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta irreġistra :
Din hija bla dubju l-akbar żieda mensili għall-2016, li neħħiet it-tkabbir ta’ 19% irreġistrat f’Marzu ta’ din is- sena mill-quċċata. It-tkabbir ta’ Novembru jawgura tajjeb għall-isforzi miżjudin tal-partijiet interessati prinċipali tal-industrija sabiex jiżguraw li l-gżejjer Maltin ikunu destinazzjoni mfittxa għall-vaganzi tul is-sena kollha.
Dan it-tkabbir fil-movimenti tal-passiġġieri ġie rreġstrat b’mod parallel ma’ żieda ta’ 17% fil-movimenti tal- ajruplani u żieda ta’ 21.3% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet. Din iż-żieda rriżultat parzjalment minn skeda mtejba għax-xitwa li nieda l-ajruport u li toffri xejn anqas minn 18-il konnessjoni ġdida għall-istaġun.
Il-linji tal-ajru wkoll kienu aktar effiċjenti fil-mili tal-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet, b’Novembru jilħaq seat load factor (SLF) ta’ 82.4%. F’termini assoluti, l-ajruport laqa’ ’l fuq minn 63,000 passiġġier aktar fuq l-istess xahar fl-2015.
L-aqwa ħames swieq tal-ajruport kollha kibru b’rati varji u laqgħu wkoll suq ġdid. Il-Belġju deher għall-ewwel darba mal-lista tal-aqwa ħames swieq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, wara li l-belt ta’ Brussell bdiet tgawdi minn konnettività mtejba.
Barra mill-aqwa ħames swieq, u f’konformità mal-istrateġija tal-ajruport biex jirkupra t-traffiku mill-Peniżola Iberika, Spanja kompliet tikber b’pass impressjonanti. Iż-żieda ta’ 87% irreġistrata mis-suq Spanjol irriżultat mill-introduzzjoni ta’ titjira li titlaq mill-ajruport ta’ Malta għal Valencia darbtejn fil-ġimgħa, operat imtejjeb lejn Madrid u Barċellona u l-estensjoni ta’ Girona fil-perjodu tax-xitwa.
Ir-riżultati ta’ Novembru jkomplu jsaħħu l-ottimiżmu tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għall-perjodu tax- xitwa, hekk kif l-ajruport qed jaspira li jilqa’ 5 miljun passiġġier qabel tagħlaq is-sena.