Illum waranofsinhar, instab raġel mejjet taħt il-pont fi Triq Aldo Moro fil-Marsa. Ir-raġel, li aktarx mhux Malti, kien magħruf li spiss ikun taħt il-pont għaliex kien jorqod barra. Huwa mifhum li r-raġel instab mejjet minn xi persuni li kienu għaddejjin mill-post għall-ħabta tal-4.30pm.
Rapporti qed jgħidu li l-kawża tal-mewt tar-raġel hija waħda naturali, madanakollu xorta waħda infetħet inkjesta maġisterjali sabiex tiġi determinata b'mod uffiċjali l-kawża tal-mewt.