Mara mill-Ħamrun taqa' sular għal ġol-bitħa

...qed isofri minn ġrieħi gravi

Illum, għall-ħabta tas-14:30 p.m, il-Pulizija mid-Distrett tal-Ħamrun, ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa trejqet Sant’ Anna, il-Ħamrun. Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ prelimnari jidher li mara, li dak il-ħin kienet ġewwa r-residenza tagħha, għal xi raġuni waqgħet għoli ta’ madwar sular u ġiet ġol-bitħa.

Il-mara li għandha 63 sena ittieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġiet ċertifikata li qed issofri min ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet nfurmata il-Magistrat tal-Għassa Dr G.Vella LL.D fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

 

 

 

More in Kronaka