Il-bini abbandunat tal-eks lukanda 'Holiday Inn' f'Tas-Sliema, inħakem minn nirien aktar kmieni llum wara nofsinhar, hekk kif jidher li xi skart li kien fis-sulari ta' fuq ħa n-nar, f'att li l-Pulizija qed tissuspetta li kien vandaliżmu deliberat.
In-nirien ħakmu n-naħa ta' fuq tal-lukanda abbandunata u bħalissa t-taqsima tat-tifi tan-nar tal-Protezzjoni Ċivili qed tieħu ħsieb li n-nar jintefa' mill-aktar fis possibli.
S'issa ħadd ma ġie rrappurtat li weġġa f'dan l-inċident iżda l-Pulizija qergħda żżomm xi żgħażagħ, suspettati li kienu huma li qabbdu n-nar, f'att ta' vandaliżmu.
Aktar dettalji 'l quddiem