Fl-aħħar siegħat, ġew irrappurtati numru ta' każi ta' pazjenti fl-isptarjiet Mater Dei u Karin Grech li qabadhom uġiegħ ta' stonku qawwi f'daqqa.
Bħala parti mill-politika tal-Isptar, ittieħdu l-miżuri neċessarji kollha dwar il-kontroll ta' infezzjonijiet. fid-dawl ta' dawn il-każi, ma' tħallewx jiddaħħlu pazjenti ġodda f'numru ta' swali. Barra minn hekk, kull min iżur is-swali, qed jiġi mitlub jaħsel idejh qabel jiltaq mis-swali, li huma mmarkati li fihom instabu każi ta' "gastritis".
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin bħalissa sabiex tiġi identifikata l-kawża possibli għal dan il-virus, jew infezzjoni li kkawżat l-uġiegħ ta' stonku fost xi pazjenti.
S'issa ma ġiex aċċertat jekk il-pazjenti li hassuhom ħażin fiż-żewġ sptarijiet, ġewx effetwati b'xi ħaġa li kielu, iżda qed jissemmew indikazjonijiet ta' xi tip ta' ivvalenar tal-ikel, hekk kif l-ikel mogħti lill-pazjenti fiż-żewġ sptarijiet huwa fornit mill-istess kumpanija tal-'catering'.