L-ispirtu tal-Milied iwassal għal mewt ta' żagħżugħ
Ix-xorb żejjed iwassal għal mewta oħra traġika
More in Kronaka
Ix-xorb żejjed iwassal għal mewta oħra traġika
Ix-xorb żejjed biex ikompli jżid mal-ispirtu tal-Milied, ħasad ħajja oħra żagħżugħa meta Luc Clous ta' 20 sena, Olandiż li jgħix Ħal-Għaxaq tniżżel mill-karozza li kien riekeb fiha, minn tfajla Griega wara argument li seta kiber u dan li kien xurban, tħalla ħdejn traffic lights fi Triq Sant Andrija, f'San Ġiljan.
Iż-żagħżugħ kien għadu kif ħareġ minn riċeviment tal-Milied bejn kollegi li jaħdmu f'kumpanija ta' iGaming. Iż-żagħżugħ li kien f'żona ftit li xejn imdawla, ġie mtajjar minn wieħed minn sħabu, Vladimir Puzanov mill-Latvja ta' 24 sena li lanqas biss induna li tajjar bniedem, u baqa' sejjer. Ftit wara, il-Pulizija b'informazzjoni li ngħatatilhom minn xi xhieda ħbieb tal-vittma u anke tax-xufier tal-karozza, sabet il-karozza pparkjata Birżebbugia u tellgħetu l-Qorti b'arrest, u nħeles mill-arrest wara li ħallas €2,000 u garanzija personali ta' €8,000.
Ħasra li ħajja ta' żagħżugħ intemmet ħesrem hekk u issa li hu żmien il-parties kulħadd għandu jara li ma jsuqx meta jkun imlaħlaħ, dawk li jkunu mexjin fit-triq jaraw kif jaqsmu meta moħħhom ma jkunx luċidu, u l-Pulizija għandhom jagħmlu minn kollox biex jaraw li ma jkunx hawn sewwieqa xurbana li jistgħu joqtlu nies innoċenti għax moħħhom ma jkunx luċidu.