Waqt li l-ambaxxatur Russu għat-Turkija kien qed jitkellem waqt esebizzjoni tal-arti, wieħed mill-membri tas-sigurtà li hu uffiċċjal tal-pulizija sparalu u qatlu istantanjament. Waqt l-isparatura rapporti jgħidu li nstema jgħajjat 'tinsewx lill-Aleppo....tinsewx lis-Sirja...'.
Sadattant rapporti uffiċċjali qalu li ,hux magħruf x'kienu l-intenzjoni tal-qattiel meta hu mhux Sirjan anzi hu membru tal-pulizija Torka.
Aktar kmieni lbieraħ filgħaxija...
Andrei Karlov, l-ambaxxatur Russu f'Ankara, fit-Turkija, tilef ħajtu wara li kien indarab gravi b'tiri t'arma tan-nar waqt li kien qiegħed iżur wirja fotografika bit-tema "Ir-Russja kif jarawha t-Torok", fil-kapitali Torka.
Jidher li Karlov inlaqat minn wara b'tiri ta' arma tan-nar waqt li kien qiegħed jagħmel diskors waqt il-wirja.
Numru ta' nies oħra ndarbu f'dan l-attakk, li seħħ ġurnata biss wara l-protesti fit-Turkija, dwar l-involviment tar-Russja fis-Sirja.
L-Ambaxxatur Karlov, ittieħed l-isptar għall-kura, iżda tilef ħajtu aktar tard b'kawża tal-ġrieħi gravi si ġarrab.