‘Dan hu attakk terroristiku fuq ir-Russja’

Putin jaħlef li se jsaħħah il-ġlieda kontra t-terrur, ‘u dawn il-kriminali se jħossu l-effett’

Ir-Russja avżat liċ-ċittadini tagħha biex jinjoraw kull skuża dwar l-assassinju ta’ Karlov Andrei Gennadyevich, l-ambaxxatur Russu għat-Turkija f’Ankara.

Putin qal li dan hu att terroristiku kontra r-Russja. Sadattant il-president Tork, Ergodan ċempel mill-ewwel lil Putin biex iberred xi tip ta ritaljazzjoni mir-Russja. Putin ħalef li se jsaħħaħ il-ġlieda kontra t-terrur u fl-istess ħin talab garanziji fuq is-‘safety’ tad-diplomatiċi Russi fit-Turkija.

Fuq l-istazzjon televiżiv tal-istat Russu Putin qal, “Dan l-assasinju hu provokazzjoni ċara biex jimmina r-relazzjonijiet li qed jitjiebu bejn ir-Russja u t-Turkija u anke biex jimmina l-proċess tal-paċi li qed jinħema fis-Sirja mir-Russja, it-Turkija u l-Iran u xi pajjiżi oħra li jinteressahom li jitwaqqaf il-kunflitt fis-Sirja.

“Ir-risposta tagħna se tkun li se nqawwu l-ġlieda tagħna kontra t-terrur. U dawn il-kriminali se jħossu dan l-effett ma jdumux” qal Putin. “Irridu nkunu nafu min organizza dan il-qtil u min taha l-ordni.”

 

 

More in Kronaka