RITRATTI | Suldati armati jduru man-nies fil-Christmas Markets ta’ Brussell
It-toroq li jagħtu għal Christmas Markets huma magħluqin minn vannijiet tal-pulizija
More in Kronaka
It-toroq li jagħtu għal Christmas Markets huma magħluqin minn vannijiet tal-pulizija
Wara l-attakk terroristiku f’Berlin li ħalla 12-il mejta, 48 feruti li fosthom 18 huma gravi, Bliet Ewropej oħra qed jieħdu kull prekawzjoni mingħajr ma jwaqqfu d-divertiment u dak kollu organizzat għal dawn il-festi tal-Milied.
Iddeċ0idejt li nqatta ġurnata sħiħa minn kważi nofsinhar sa’ tard bil-lejl indur u nagħqad fl-inħawi ta’ Christmas Market u ċ-ċentru attiv ta’ Brussell u dwar il-Milied fi Brussell wieħed jista jara u jaqra l-esperjenzi tiegħi fil-gazzetta l-ILLUM tas-Sibt li ġej.
Fi Brussell il-preżenza tas-suldati hi waħda normali, speċjalment ħdejn il-żona Ewropea fejn l-istituzzjonijiet u ambaxxati Ewropej. Iżda wara l-attakk minn suldat tal-IS f’Berlin dawn is-suldati niżlu jimxu man-nies. Fil-fatt wieħed jista jara gruppi ta’ suldati li jimxu erba, erba miftuħin matul il-wisa tat-trieq, jimxu mġennbin u wieħed iħares lura. Kull ftit ħin dawn jibdlu r-rotot tagħhom u tarahom mexjin kullimkien matul it-toroq ta’ Brussell.
Dawn barra l-pulizija rekbin ir-roti u vannijiet tal-pulizija li jgħalqu minn ferm qabel kull triq li tagħti lejn il-X’Mas Market immens li hemm fi Brussel, fejn il-qofol tiegħu qiegħed St Catherine’s u Boulevard Ansbach li tibqa sejra sal-Grand Place u l-madwar.
Dan kollu ma jtellef xejn mill-eluf kbar ta’ nies li qed joħolqu dawn in-naħat minn wara nofs in-nhar sa tard bil-lejl u li mistennija jiżdiedu mhux ftit aktar ma joqrob il-Milied. Jidher li l-attentat ta’ Berlin ma qatax qalb in-nies li jgħixu, jaħdmu u jżuru Brussell li għal dawn iż-żminijiet għandhom fost l-akbar X’Mas Market ħaj fl-Ewropa, mimli divertiment, ikel, kant u xorb. Sadattant anke f’kull stazzjon tal-metro wieħed isib suldati jippassiġġaw f’kull stazzjon u anke tliet membri tas-sigurta fejn kull waqfa tat-train.