Splużjoni kbira li seħħet waqt suq tal-logħob tan-nar fil-Messiku, ftit 'il barra minn 'Mexico City', ħalliet 31 persuna mejta u 'l fuq minn 70 oħra misruba.
L-isplużjoni li seħeħt fis-suq ta' San Pablito, fil-villaġġ ta' Tiltepec, seħħet f'daqqa waħda, hekk kif numru ta' murtali ħadu n-nar u splodew f'daqqa. Il-kawża tal-isplużjoni għada mhux magħrufa.
Bħalissa numru ta' Pulizija u Paramediċi jinsabu fuq il-post biex jassistu l-vittmi u jieħdu kontroll tas-sistwazzjoni diżastruża li l-isplużjoni ħalliet fuq il-post fejn kien armat is-suq.
Eruviel Avila, il-Gvernatur tal-Istat tal-Messiku ta l-aħbar kerha li numru ta' tfal soffrew ħruq f'90% ta' ġisimhom u li qegħdin jintbagħtu fil-belt Amerikana ta' Galveston, f'Texas għall-kuri speċjaliżżati.
Il-vittmi li tilfu ħajjithom tant kienu maħruqin gravi, li setgħu jiġu identifikati biss permezz tad-DNA.
Fis-suq kien hemm madwar 300 tunnellata ta' logħob tan-nar, li wara l-ewwel splużjoni, li kkawżat il-mewt tal-maġġoranza tal-vittmi, baqgħu jieħdu numru ta' murtali oħra għal numru ta' siegħat.