Hu rappurtat li l-pulizija qiegħda tfittex Tuneżin li hu maħsub li hu t-terrorista li għamel ħerba bit-trakk misruq fil-belt ta' Berlin. Dan wara li fit-trakk instabet l-ID tiegħu li hi temporanja biex joqgħod il-Ġermanja filwaqt li kellu l-karti biex japplika għall-ażil. Ismu hu Anis A u għandu 24 sena, għalkemm jista' jkun li dan l-isem huwa wieħed falz u għandu isem ieħor li hu magħruf bih.
Il-pulizija qed ifittxuh anke fl-isptarijiet għax huwa maħsub li jista' jkun ferut, minħabba li meta x-xufier prova jisraq it-trakk, is-sid,Lukaz Urban (fir-ritratt) attakkah biex ma jagħmilx il-ħerba li kien se jagħmel. Minkejja dan, fil-ġlieda t-Tuneżin qatel lix-xufier Pollakk li hu magħruf li għat-trakk, litteralment imut. Dan wara li fit-trakk sabu DNA differenti minn tax-xufier, li ġie maqtul b'tir ta' pistola u b'daqqiet ta' sikkina. Il-pistola ma nstabitx u għalhekk hemm biżgħa li t-terrorista hu armat.