Tkompli l-kaċċa għall-qattiel ta' Berlin...

Jinħareġ mandat għall-arrest u tkompli l-kaċċa għat-Tuneżin akkużat li wettaq l-attakk terroristiku ta' Berlin

Anis Amri, Tuneżin ta' 24 sena suspettat li huwa responsabbli mill-attakk f'Berlin ta' nhar it-Tnejn
Anis Amri, Tuneżin ta' 24 sena suspettat li huwa responsabbli mill-attakk f'Berlin ta' nhar it-Tnejn

Ilbieraħ inħareġ mandat għall-arrest Ewropew, hekk kif kompliet il-kaċċa għal Anis Amri, ir-raġel Tuneżin ta' 24 sena, li huwa akkużat li kien hu li nhar it-Tnejn li għadda saq bi trakk fuq folla nies f'suq tal-Milied f'Berlin, f'attakk terroristiku pjanat li ħalla 12-il persuna mejta u bosta oħra midrubin. Jinhad li Amri huwa armat u perikoluż u li jaf x'għandu jagħmel biex jinħeba mill-Pulizija u jbiddel l-identità tiegħu sabiex ma jinqabadx.

Ħaġa li għaliha qed jaqilgħu kritika ħarxa l-forzi tal-ordni Ġermaniżi, hija minħabba li ma spjegawx kif Amri, li kien ilu jiġi nvestigat mill-Pulizija għal xhur sħaħ, minħabba l-konnessjoni tiegħu mal-Isat Iżlamiku, f'daqqa waħda "sparixxa" minn taħt il-ħarsa tal-Awtoritajiet u minn Novembru, sa t-Tnejn li għadda, meta wettaq l-attakk, ħadd ma' allarma l-fatt li dan ir-raġel suspettat ma kienux jafu fejn jinsab.

Jidher li Amri irreġistra għal ażil bħala refuġjat fil Ġermanja f'Lulju tal-2015 u aktar kmieni din is-sena, bdiet investigazzjoni fuqu minħabba suspetti li Amri kien qed jipprepara "Att ta' vjolenza kontra l-Istat". 

Minkejja li Amri kien magħruf li għandu konnesjonijiet ma' gruppi estremisti iżlamiċi b'konnesjoni mat-terroriżmu, huwa xorta ingħata l-istat ta; refuġjat fil-Ġermanja is-sena li għaddiet, u minkejja li l-Awtoritajiet kienu jafu bil-passat tiegħu u bil-konnessjonijiet ma' pjanar għal attakki terroristiċi, Amri kien ċittadin ħieles fil-Ġermanja, sakemm xahar ilu "waqa' minn fuq ir-radar" tal-Awtoritajiet.

Premju ta' €100,000 qed jiġi offrut lill-membri tal-pubbliku li jistgħu sabiex Amri jinstab u jinqabad. L-aħħar deskrizzjoni li ngħatat tiegħu kienet li kien liebes ħwejjeġ skuri, żarbun ta' kulur jgħajjat u xalla bajda.

More in Kronaka