Għall-ħabta tal-23:15 tal-bieraħ filgħaxija, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, Għawdex.
Il-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat marru minnufih fuq il-post, fejn karozza tat-tip Hyundai Tucson misjuqa minn raġel ta’ 45 sena mir-Rabat, Għawdex ħabtet ma’ karozza oħra tat-tip Hyundai Excel, misjuqa minn raġel ta’ 54 sena li kellu miegħu passiġġiera ta’ 52 sena u t-tnejn residenti ż-Żebbuġ, Għawdex.
Fuq il-post issejjħu tim mediku u membri mill-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-persuni fil-vettura Excel. Aktar tard il-mara ta’ 52 sena ġiet iċċertifikata li qiegħda issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li r-raġel ta’ 54 sena sofra ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha fuq il-każ.